top of page
Search
  • Writer's pictureSean Buhagiar

NILTAQGĦU? Le, Grazzi.


Filwaqt li nemmen li l-maġġoranza tal-pajjiż qiegħda issegwi d-direttivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, kif nara dawn l-affarijiet nibda naħseb li forsi l-messaġġ mhux jasal għand kulħadd sew frott il-ħafna informazzjoni u/jew misinformazzjoni li hemm hemm barra, jew frott l-bluha u l-egoiżmu.



Jien nemmen li Prof Gauci tippreferi li ngħidu lil dawn in-nies biex jisimgħu minnha aktar miċ-ċapċip, għax iċ-ċapċip waħdu mhux sa jħalliha torqod aħjar. Għalhekk nixtieq nipprova nagħti laqxa sehem biex naraw l-affarijiet f'perspettiva ftit aktar informata u se nibda minn hawn. Mela, jien assolutament miniex xjenzat. Studjajt it-Teatru, u l-kommunikazzjoni fejn tgħallimt li s-sorsi huma importanti ħafna; illum aktar minn qatt qabel. Qed nisma ħafna ċuċati, għax din ma toqtolx ħafna, għax mhux qedin lockdown mela nistgħu imorru sal-baħar, għax ġejja l-vaccine dalwaqt u bosta fares oħra. Infatti se nagħmel 7 punti bis-sorsi biex tiċċekjaw għalikom, u għax 7 naraħ numru furtunat. Dawn sorsi li fdajt jien, u ma jfissirx li din hi kelma ta' espert, anzi mhiex.

  1. Ilbieraħ, Bill Gates - wieħed mill-akbar imħuħ tal-ġenerazzjoni tagħna, li għandu Fondazzjoni li taħdem fuq l-epidemiji, kien live fuq reddit (https://www.reddit.com/r/Coronavirus/comments/fksnbf/im_bill_gates_cochair_of_the_bill_melinda_gates/). Jien segwejtu u Bill Gates qal li vaccine baqala; baqala sew. Irridu inkunu preparati mentalment li dan il-lockdown volontarju għandu sa 10 ġimgħat biex forsi il-virus jiġi kontrollat, mhux mirbuħ. Dak ma jfissirx li l-battalja tkun spiċċat imma li nistgħu nibdew noħorġu ftit ftit. Bill Gates il-ħin kollu insista biex nagħmlu voluntary shut down u imbagħad nitkellmu fuq l-ekonomija għax jekk nagħmlu dan is-shut down sew, niġu f'tagħna ftit wara - jekk le se ndumu ħafna biex niġu f'tagħna. Bill Gates, mhux Chalie ta' ħdejna. Issa jekk kif rajna naqra xemx wara ġimgħa ġa ħarġu l-eluf, x'ħa nagħmlu? Ngħattu x-xemx?

  2. Id-dashboard tal-WHO sa dalgħodu qed turi li hawn 207,860 każ li huwa kkonfermat s'issa u mietu 8,657. Dan iffiser li bħalissa l-matematika tgħid li qed imutu 4.2% (https://www.who.int/) min nies li taqbadhom. Pero ħafna esperti qed jgħidu li peress li l-virus jista jittieħed anke qabel ma jkollok is-sintomi huwa diffiċli immens tgħid kemm vera nies għandom u jaħsbu li hemm aktar, u allura l-% jaf ikun inqas "in the long run". Pero dak ifisser ukoll li aktar nies taqbadom, allura persentaġġ iżgħar fuq aktar nies huwa xorta totali akbar.

  3. Dokument ta' Public Health England, mmexiji minn Dr Susan Hopkins tal-Imperial College London, sostna li “As many as 80% of the population are expected to be infected with Covid-19 in the next 12 months, and up to 15% may require hospitalisation.” Issa ejja ngħidu li f'sena se taqbadhom 80% fil-mija tal-Maltin, allura qisu 400,000. Ejja ngħidu li l-average ta' mwiet fuq dak l-ammont jonqos bin-nofs, allura jiġi 2%. Dak ifisser se jmutu 8000 ruħ. Jekk taqbadom 60% u jmutu 4% , imutu 12,000 ruħ. Ejja mela nagħmlu average ta 10,000 ruħ. 10,000 ruħ mejta.

  4. Xi daqqiet trid tgħida kif inhi. B'dawn il-kalkoli ifisser li hemm probbabiltà li 1 minn kull 50 ċittadin hawn Malta se jmut. Dan mhux il-worse case scenario, imma huwa kalkolu realistiku fuq x'qed jgħidu l-esperti tad-dinja. Dan jekk isir is-social distancing, għax jekk aħna ma noqgħodux ġewwa, dan in-numru ħa jikber DRASTIKAMENT għax imbagħad dawk il-15% imsemmija f'punt 3 ma jlaħħqux magħhom l-isptar u jmutu xi 60,000! Ara, skond riċerkaturi minn Columbia college kull American jaf bejn wieħed u ieħor 600 ruħ. Malta probabli nafu aktar għax fina daqs naqra, imma ejja nieħdu eżempju fażżul b'dak in-numru biex isir il-punt. Mela kieku kull wieħed minna ikun jaf 12 il-ruħ li se jmutu is-sena li ġejja, u dan jekk nkunu moħħna hemm mhux bil-picnics!

  5. Issa l-Italia qed jmutu ħafna anzjani. Il-median age tal-imwiet hemmhekk hija ta' 80 sena. Pero hemmhekk il-persentaġġ ta' mwiet huwa ta' aktar minn 8%, iddopju tal-bqija tad-dinja! Importanti nifmhu li il-virus qed joqtol bosta nies oħra madwar id-dinja mhux anzjani biss, imma dawk kollha li kellhom xi problema medika qabel. Tiġux tgħiduli li intom ma tafu l-ħadd li għandu fuq is-70, xi nannu Leli jew nanna Karmen, xi Zija Mary li kella cancer, xi Ziju Joe li jpejjep ħafna jew il-kuġin li kien ipejjep u waqaf, xi kollega li għandu d-diabete (Malta għanda it-tieni l-għola indiċi ta' diabete fil-Mediterran), xi ħabib li jbagħti bi pressjoni għolja jew xi student l-universita li għandu l-asthma kronika u li diġa jrid jieħu n-nifs bit-trab tal-konkrit. Dawn kollha HIGH RISK PATIENTS. Tiħdux ir-riskju għalihom. Jekk inħallu d-dipartiment tas-saħħa jaħdem komdu, kulħadd għandu jkollu l-kura li hemm bżonn. (https://www.bloomberg.com/news/articles/2020-03-18/99-of-those-who-died-from-virus-had-other-illness-italy-says)

  6. Bilħaqq, għal min qed jgħid li l-virus aħjar jaqbdu ħa jeħlisha - għax iħossu b'saħħtu, tajjeb jiftakar li għadhom qas jafu wisq dwar l-immunità wara li f-fejqan (https://www.forbes.com/sites/brucelee/2020/03/15/can-you-get-infected-by-coronavirus-twice-how-does-covid-19-immunity-work/#63aa39e75c0f), u għar minn hekk skond is-Centre for Disease and Control Prevention tal-Amerika; il-virus qed jinxtered anke min nies li qas biss jafu li għandom u li għadom ma għandomx sintomi. Inti tista mhux biss tkun parti mil-problema, taf tkun l-akbar problema bħal issa u qas biss taf.

  7. Din hija sikkina taqta min zewġ naħat, ma tistax tkisser l-ekonomija u r-ruħ ta pajjiż għal sena u nofs għax jaf jispiċċaw imutu aktar nies b'affarijiet oħra, pero lanqas tista terħilha biex imutu ħafna aktar nies milli huwa inevitabbli, ma tlaħħaqx tagħmillhom funeral u jkollok taħraqhom. Iva, mela importanti ħafna li nkunu pożittivi u ngħinu lil xulxin, nibqgħu kalmi u ma nippanikjawx, pero' wisq nibża li hawn ħafna għadhom qed joħduha "relax", bħal dawn li marru jilgħaqu x-xemx il-Ġnejna waqt li t-tobba u n-nurses qed jippreparaw is-soddod. Kien hemm wieħed qalli riħ jew riefnu, minn hawn irridu nsiefru. Veru, imma forsi mhux kulħadd irid isiefer miegħek. Ilbieraħ, pass bogħod mietu 500 ruħ u wħud ħattewhom bit-trakkijiet tal-armata. It-tobba hemmhekk qed jaħdmu mit-tined għax l-isptarijiet iffulatti. Dan l-Italja, siegħa u nofs ajruplan bogħod. Kunu responsabbli. Morru mixja waħedkom, Morru x-xogħol jekk bilfors, oħorġu għal qadi, xi drive jew mixja bil-kelb waħedkhom imma oqħodu attenti; tersqux lejn nies. Fil-bqija OQGĦODU ID-DAR, ĠIEĦ IL-MADONNA.

5 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page